Lokali
Ara: Il-logħob kollu tal-Euro 2020 esklussivament f’Malta fuq TVM u TVM2

Il-PBS kiseb id-drittijiet esklussivi tal-partiti kollha tal-UEFA Euro 2020. TVM Sport se jkun qed ixandar il-51 partita b’mod dirett fuq TVM u TVM2.

Intant, minn għada, se jibdew jixxandru wkoll għadd ta’ programmi bi tħejjija għall-Kampjonat Ewropew tal-futbol. L-ewwel programm se jixxandar għada fis-7.30pm fuq TVM2.

Ninsabu biss tlett ijiem bogħod mill-kampjonat tal-UEFA Euro 2020 li se jara fl-azzjoni 24 tim nazzjonali jikkompetu għas-16-il edizzjoni ta’ dan it-titlu prestiġġjuż.

L-ewwel partita tal-Euro 2020 se ssir nhar il-Ġimgħa fid-9pm bejn it-Turkija u l-Italja. Partita, li se tixxandar b’mod dirett fuq TVM2.

Minbarra TVM u TVM2, fuq is-sit elettroniku tvm.com.mt il-pubbliku mħeġġeġ isegwi wkoll l-aħħar aħbarijiet dwar il-Euro 2020 kif ukoll filmati tal-gowls immedjatament wara li jsiru u l-aqwa siltiet tal-partiti malli jispiċċaw.