Festi
ARA: Il-Maltin ħasbu kmieni għar-rigali tal-Milied?

Dħalna sew issa fi żmien il-Milied. Fil-knejjes illum bdiet in-novena, il-postijiet tad-divertiment qed ikunu miżgħuda attivitajiet bejn il-ħbieb, u ċ-ċentri kummerċjali qed ikunu ppakkjati bin-nies jixtru ħwejjeġ għalihom u rigali.

Kienet ġurnata ideali għax-xiri tar-rigali hekk kif it-temp, minkejja li f’xi waqtiet imdendel, ippermetta.

Qegħdin joqorbu ġmielhom il-festi tal-Milied, u l-Maltin ippanikkjati jew diġà għamluh ix-xiri tal-Milied? TVM mar il-Belt u staqsihom.

Il-preżenza tan-nies kienet qawwija mhux biss fil-Belt, iżda anki f’ċentri kummerċjali oħrajn, bħall-Ħamrun u Tas-Sliema, bid-diski tal-Milied jikkontribwixxu għal atmosfera mill-aktar ferriħija li kienet kumplimentata minn tiżjin u dekorazzjonijiet li jdaħħluk aktar fl-ispirtu tal-festi.

Kien hemm min stqarr, fosthom dawk li huma aktar avvanzati fl-età, li l-Milied iġibilhom nostalġija għat-tfulija.

Jekk xejn, dawk li ltaqjna magħhom qalulna li l-Milied, lil hinn mill-aspett kummerċjali, iferraħhom u mhux biss għar-rigali iżda minħabba aspettioħrajn fosthom li jqattgħu aktar ħin mal-familja, ħbieb u dak li huma l-iżjed għeżież għalihom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Pierre Portelli dar għall-mezzi soċjali u kiteb li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina akkumpanja lil Manuel Delia l-Qorti fil-każ li għandu kontra l-midja tal-Partit Nazzjonalista. Dalgħodu fil-qorti kompliet il-kawża li…

Infrastruttura

Il-Kamra tal-Periti f’reazzjoni inizjali għal proposti għar-regoli l-ġodda dwar it-twaqqigħ u l-iskavar qalet li dawn mhumiex aċċettabbli u infurmat lil Periti bil-pożizzjoni tagħha biex tittieħed deċiżjoni dwarhom f’laqgħa ġenerali straordinarja…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura s-Sala San Ġorġ Preca, waħda mill-ewwel swali li ġiet irranġata bħala parti mill-istrateġija ta’ għaxar snin għas-saħħa mentali. Minn għada din…

Aktar