Lokali
ARA: Il-Maltin jimpurtahom mill-UE? Iwieġbu Miriam Dalli u Francis Zammit Dimech

Fi programm irrekordjat mill-Parlament Ewropew fi Brussell, l-MEPs Dr Miriam Dalli u Dr Francis Zammit Dimech tkellmu dwar kemm il-Maltin jinteressahom mill-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar x’politika jridu n-nies sena qabel isiru l-elezzjonijiet għall-ħatra ta’ membri fil-Parlament Ewropew.

Din hija l-ewwel parti minn programm ta’ diskussjoni li sar minn TVM u l-ewwel programm minn sensiela li se jkunu qed isiru matul dawn ix-xhur qabel l-elezzjonijiet, kemm mas-sitt deputati Maltin fil-Parlament Ewropew, kif ukoll mal-kandidati li se jkunu qed jikkontestaw din l-elezzjoni li hija skedata għall-25 ta’ Mejju 2019.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Milied jiġi għal kulħadd u jferraħ bosta qlub. Żorna ċ-Centro Spero għal persuni nieqsa mid-dawl fejn ħassejna l-entużjażmu tal-persuni nieqsa mid-dawl li qed iħejji għal produzzjoni tal-Milied bi drama u…

Ekonomija u Finanzi

Statistika tal-Eurostat uriet li fl-2016, in-nefqa ta’ Malta f’għajnuniet soċjali kienet inqas mill-medja Ewropea. Fil-fatt Malta kienet f’sitt post mill-aħħar fost 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li tonfoq fuq servizzi soċjali….

Brexit

Tkompli titħabbel il-kobba dwar Brexit wara li fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Theresa May tidher li spiċċat b’idejha f’idejha meta ma kisbitx garanzija ta’ assigurazzjonijiet dwar il-fruntiera tal-Irlanda mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea….

Brexit

Il-korrispondent tal-BBC, Chris Morris, f’kummenti esklussivi lil Television Malta, stqarr li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May s’issa għadha ma kisbitx dak mistenni minn ħafna Parlamentari Ingliżi biex jaċċettaw il-ftehim li…

Aktar