Lokali
ARA: Il-mara li pejpet 314,000 sigarett

Bdiet tpejjep ta’ 16-il sena. Fi 43 sena pejpet iktar minn 15,700 pakkett sigarett jew 314,000 sigarett. Li kieku sentejn ilu ma waqfitx tpejjep, Catherine Sammut kien tkun fost il-500 persuna fis-sena li jmutu minħabba s-sigaretti.

Catherine Sammut misset l-ewwel sigarett ma’ xufftejha meta kellha 16-il sena. “Is-sigarett għax daħal ġo fija wisq. Sirt inħobbu s-sigarett jiena.”

Ma kinitx tgħix mingħajr is-sigaretti. Torqod u tqum taħseb fihom. “Xħin inqum is-sigarett kont nara biss. U qabel ma norqod, sigarett ieħor. U jekk nieħu kafè, sitt kafejiet, sitt sigaretti.”

Taha attakk tal-qalb u xorta baqgħet tpejjep. “Bżajt għal dak il-ħin. Forsi għamilt ħmistax nibza’ u rġajt imbagħad daqshekk.”

Fi 43 sena, Catherine Sammut pejpet b’kollox 314,000 sigarett. “Issa billi jiddispjaċini? Il-gwaj hemm qiegħed. Lest. Qed nipprova biex forsi naqra iktar billi qtajthom.”

Is-sigaretti biddlulha ħajjitha għall-agħar.

“Pereżempju mmur nimxi, naqta’ nifsi. Il-pilloli li nibla’ kuljum. Ma nistax ngħix mingħajrhom.”

Sentejn ilu, Catherine riedet tieqaf tpejjep. Marret għand id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard li joffri servizz fic-centri tas-sahha biex in-nies jieqfu jpejpu.

“Jien mort il-Health Centre tal-Mosta u għenuni. Bis-saħħa tagħhom qtajthom jien.”

Is-sitt neputijiet ta’ Catherine issa jistgħu jqattgħu ħin id-dar tagħha mingħajr ma jħossuhomx fgati fid-duħħan tas-sigaretti.

Pamela Azzopardi, bint Catherine qalet “kif tidħol id-dar la rwejjaħ, happy u qed timxi ‘l quddiem bħala saħħitha. Bil-mod il-mod imma mexjin.”

Catherine hi waħda mit-300 persuna fis-sena li jfittxu l-għajnuna tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard. Joseph Grech spjega li madwar 500 persuna fis-sena jmutu bit-tipjip.

“Persuna li tpejjep titlef madwar 10 snin minn ħajjitha jiġifieri iktar ma tieqaf kmieni, iktar għandek ċans li titlef inqas.”

Catherine għandha messaġġ għal min ipejjep.

Il-parir tiegħi hu li l-pakkett tas-sigaretti jgħaffġuh hekk u jarmuh. Dak hu l-parir tiegħi biss.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar