Lokali
ARA: Il-mara oġġett sesswali?

Riċerka turi li tliet kwarti tan-nisa Malta jiġu ffastidjati sesswalment fuq il-post tax-xogħol.  Dan qalitu Dr Anna Borg mill-Assoċjazzjoni dwar l-Ugwaljanza fil-kuntest tal-postijiet li qed joffru servizzi sesswali fl-irħula u l-ibliet Maltin.

Dr Borg qalet dalgħodu f’TVAM li l-messaġġ huwa li jekk għandek il-flus il-mara hija hemm biex tużaha u spjegat li dan mhux qed isir biss permezz tal-istrip clubs, iżda wkoll bil-massage parlours u ħwienet oħrajn ta’ din ix-xorta.

Ara x’qalet Dr Borg dwar dan is-suġġett f’dan il-filmat.

TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7am u d-9am fuq TVM u TVMi.