Lokali
ARA: Il-Marsa tisbaħ b’dehra ġdida bit-twaqqigħ tal-fabbrika BIM

Fil-Kappara qed jiġi finalizzat il-proġett tal-flyover fosthom b’sound breakers li jnaqqsu l-ħsejjes tal-vetturi għar-residenti fil-qrib. Fl-istess il-Marsa sebħet wesgħa ġdida wara li twaqqgħet għalkollox il-binja tal-fabbrika BIM, li minflokha se tgħaddi s-sistema ġdida ta’ toroq.

Għaddejjin l-aħħar irtokki fix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Kappara, l-ewwel triq f’Malta li anke ser ikollha sound barriers. Bdew jintramaw l-istrutturi għalihom mal-ġnub tat-triq biex jitnaqsu l-ħsejjes tal-vetturi li jgħaddu minn fuq il-pont viċin ir-residenti tal-madwar.

Qed jingħataw ukoll l-aħħar żewġ saffi t’asfalt u jitwaħħlu sinjali tat-traffiku. Transport Malta qalet li ħafna mix-xogħlijiet bħal bankini huma lesti, waqt li ġew iffurmati l-mogħdijiet għar-roti.

Sakemm jitlesa x-xogħol, it-traffiku se jibqa’ għaddej fuq żewġ karreġġjati f’kull direzzjoni waqt l-aktar ħinijiet bieżla tat-traffiku.

Waqt li appellat lis-sewwieqa biex meta jistgħu jevitaw iż-żona, Transport Malta fakkret li l-veloċità fiż-żona sakemm jitlesta x-xoghol hija ta’ 30km fis-siegħa.

U fil-Marsa qabad ritmu x-xogħol ta’ tħejjija biex tinbena l-Junction ta’ ħdejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata, li tinkludi sistema ta’ flyovers biex it-traffiku minn u lejn in-nofsinhar ta’ Malta jimxi aħjar. Fl-aħħar sigħat twaqqgħet għalkollox il-fabbrika BIM. Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni jibda t-twaqqigħ tat-tieni fabbrika, l-Astra Cast.

Dawn il-binjiet qed jitwaqqgħu biex jagħmlu spazju għall-istrutturi fosthom il-bini ta’ seba’ flyovers li jagħtu lejn direzzjoni differenti għat-traffiku, li jgħaddi minn Triq Aldo Moro.

L-ewwel fażi tal-proġett, li mistennija titlesta sa Marzu, mhux ser taffetwaw t-traffiku f’din iż-żona li minnha jgħaddu mat-8,000 vettura fis-siegħa. Dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ aktar minn €70 miljun u mistenni jitlesta fi żmien tliet snin.

Ara kif kienet il-fabbrika qabel ma twaqqgħet:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Milied jiġi għal kulħadd u jferraħ bosta qlub. Żorna ċ-Centro Spero għal persuni nieqsa mid-dawl fejn ħassejna l-entużjażmu tal-persuni nieqsa mid-dawl li qed iħejji għal produzzjoni tal-Milied bi drama u…

Ekonomija u Finanzi

Statistika tal-Eurostat uriet li fl-2016, in-nefqa ta’ Malta f’għajnuniet soċjali kienet inqas mill-medja Ewropea. Fil-fatt Malta kienet f’sitt post mill-aħħar fost 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li tonfoq fuq servizzi soċjali….

Brexit

Tkompli titħabbel il-kobba dwar Brexit wara li fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Theresa May tidher li spiċċat b’idejha f’idejha meta ma kisbitx garanzija ta’ assigurazzjonijiet dwar il-fruntiera tal-Irlanda mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea….

Brexit

Il-korrispondent tal-BBC, Chris Morris, f’kummenti esklussivi lil Television Malta, stqarr li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May s’issa għadha ma kisbitx dak mistenni minn ħafna Parlamentari Ingliżi biex jaċċettaw il-ftehim li…

Aktar