Politika
ARA: Il-Ministru Bonnici ssuttat bil-bajd quddiem Kastilja – jappella għall-kalma

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici appella għall-kalma meta dalgħodu kien qed jitkellem fil-Parlament. Dan wara li ftit tal-ħin qabel ġie ssuttat bil-bajd.

Il-Ministru Bonnici kien qed jattendi għal-laqgħa f’Kastilja mad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Dak il-ħin fi Pjazza Kastilja kien hemm għadd żgħir ta’ dimostranti li għajtu insulti u waddbu l-bajd lejn membri tal-kabinett li kienu deħlin Kastilja.

Il-bajd twaddab ukoll fid-direzzjoni tal-Prim Ministru, li iżda ma ntlaqatx.

Aħbarijiet Oħra

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Mart il-President ta’ Malta, is-sinjura Miriam Vella qalet li tifhem eżatt il-bżonn ta’ iktar għarfien fuq il-kanċer tas-sider għax tilfet lill-ommha b’dan il-kanċer. Is-sinjura Vella din is-sena hija l-Patruna tal-kampanja…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qalet li llum għamlet il-verifiki kollha u ġie konkluż li n-numru ta’ tesserati eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa 21,499….

Uffiċjali mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA qegħdin jiċċertifikaw li kull skola f’Malta u Għawdex hija konformi mar-regolamenti li tfasslu mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’kummenti ma’ Television Malta, is-Segretarju Permanenti…

Aktar