Lokali
ARA: Il-Ministru Cardona jakkuża lill-ġurnalisti ta’ ‘The Daphne Project’ bi frame-up kontrih

Il-Ministru Chris Cardona akkuża li l-konsorzju tal-ġurnalisti li qed jaħdmu fuq ‘The Daphne Project’ qed jagħmlu dak li sejjaħ frame-up fuqu. Intervista f’Dissett, Dr Cardona stieden lill-ġurnalisti biex jerġgħu jagħmlu kuntatt mal-persuna li allegat li ratu jitkellem ma’ wieħed mis-suspettati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Ministru Cardona iddikjara wkoll li mhux minnu li ser iwaqqa’ l-libelli li fetaħ dwar il-każ tal-Acapulco.

Il-Ministru Chris Cardona qal li intervista li xxandret fuq The Times bħala parti minn ‘The Daphne Project’ li implikatu li kellu diskursata ma’ wieħed mill-akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hija falsità.

Il-Ministru Cardona qal ”fil-fatt jien nistieden lill-konsorzjum u lit-Times biex jerġgħu jkellmu lil dan ir-raġel, u jsqasuh b’mod li jiftiehem magħhom, għaliex jien m’għandix dubju illi anke l-fatt li The Times bidlet il-video fi ftit minuti, mill-ewwel wieħed għat tieni wieħed u rranġatu kif kien jaqbillha hi, minħabba r-reazzjoni li kellhom in-nies li kienu qegħdin isegwu din l-istorja, li ndunaw li din l-istorja hija frame up ta’ The Times of Malta.”

Dr Cardona ikkonferma li dwar il-każ mar huwa stess għand il-Pulizija u l-Ispettur Arnaud li qed investiga l-qtil. Il-Ministru qal li huwa ma tkellimx mal-persuna li għamlet l-akkużi fuqu.

Il-Ministru Cardona xejjen rapporti li ser jirtira l-kawżi li fetaħ fuq l-allegazzjoni tas-Sinjura Caruana Galizia dwar il-każ Acapulco.

”Din hija fiction oħra, jiena ma tajt l-ebda indikazzjoni ta’ x’ser nagħmel fil-proċeduri kontra Daphne Caruana Galizia, li naf żgur s’issa, u li taf inti u li jafu n-nies hu, li l-proċeduri tiegħi baqgħu għaddejjin, jien bqajt għaddej bil-proċeduri kriminali u ċivili fil-konfront tal-każ” qal il-Ministru Cardona.

Fil-programm Dissett, l-opinjonisti Dr Michael Briguglio min-Network tas-Soċjetà Ċivili u Dr Robert Musumeci ittrattaw diversi aspetti tar-rappurtaġġi li ħarġu s’issa minn ‘The Daphne Project’.

Aktar dettalji dwar dik l-istorja fil-programm Dissett li jixxandar illejla fuq TVM fl-22:10.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar