COVID-19
ARA: Il-monti ta’ Marsaxlokk kwiet – reġa’ rama għall-ewwel darba llum

Filmat miġbud mill-ajru dalgħodu juri xenarju pjuttost kwiet max-xatt ta’ Marsaxlokk, fejn rama l-monti għall-ewwel darba wara nuqqas ta’ xahrejn.

Id-dehra tal-lum tikkuntrasta bil-kbir max-xeni li wieħed kien jara f’dan il-post kull nhar ta’ Ħadd filgħodu qabel bdiet l-imxija tal-Covid-19.

Eluf ta’ persuni kull nhar ta’ Ħadd kienu jbakkru biex iżuru l-monti ta’ Marsaxlokk, li jarma tul ix-xatt kollu fuq iż-żewġ naħat. Il-popolarità ta’ dan il-monti kienet toħloq rassa kbira bejn il-bankarelli tul in-nofstanhar ta’ filgħodu.

Jumejn ilu l-Kunsill Lokali esprima tħassib dwar is-sitwazzjoni li tista’ tiżviluppa, u wissa li se jieħu passi jekk il-miżuri ta’ mitigazzjoni ma jiġux osservati.

Jidher iżda li ħafna nies għażlu li ma jżurux il-monti llum, filwaqt li għadd ta’ bejjiegħa wkoll iddeċidew li ma jarmawx, kif jixhed dan il-filmat miġbud mill-Kunsill Lokali permezz ta’ drone:

Ara wkoll:

Il-Kunsill ta’ Marsaxlokk iwissi li se jieħu passi jekk tal-monti u tal-ħwienet ma josservawx il-miżuri

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar