Barranin
Ara: Il-mument erojku li fih Damiano ta’ Måneskin salva lill-kollega milli jtajjarha mutur

Il-kantant tal-grupp Taljan Måneskin, Damiano David salva lill-kollega tiegħu Victoria De Angelis li kien se jtajjarha mutur.

Ir-rebbieħa tal-Eurovision Song Contest, li kienu f’Amsterdam, kienu qed jgħidu kelma f’nofs korsija tar-roti u l-iscooters meta f’salt minnhom għadda mutur riħ minn magħhom u għal ftit ma tajjarx lil Victoria, li kienet aljenata. B’xorti tajba, kif jidher f’filmat imtella’ fuq il-midja soċjali, il-kantant tal-grupp rock Taljan kien pront biex jiġbed lil Victoria lejh u jsalvaha.