Barranin
ARA: Il-mument fejn jagħmel għalih barri fferoċjat

Ilbieraħ, raġel tilef ħajtu wara li attakkah barri waqt festival tipiku Spanjol.

Il-barri laqat lir-raġel f’sidru u f’koxxtu qabel xeħtu mal-art.

Ir-raġel ittieħed b’emerġenza l-isptar iżda minkejja l-isforzi kollha tal-istaff mediku, huwa miet ftit wara.

Bħala parti mit-tradizzjoni tal-festa msejjħa Festa del Toro – Il-Festa tal-Barri – li tiġi ċċelebrata fi żmien l-Għid, f’Arcos de la Frontera, tħallew jiġru żewġ barrin fil-villaġġ.

Il-festa ilha ssir mill-1784.