Barranin
ARA: Il-mument li bejjiegħ fit-Turkija tar bl-umbrella b’kollox

Probabbilment, l-uniku darba li rajt persuna ttir bl-umbrella kien fil-film ta’ Mary Poppins. Kultant, iżda, anki fl-ikbar żinnijiet jaf ikun hemm ħjiel ta’ realtà.

Filmat li nġibed minn kamera tas-sigurtà f’Osmaniye, fit-Turkija, juri bejjiegħa tal-frott jippruvaw iżommu umbrella li nħakmet mir-riħ.

Wieħed mill-irġiel tela’ fuq is-sieq tal-umbrella biex mingħalih iżommha milli ttir bil-piż tiegħu, iżda l-pjan marlu żmerċ, u spiċċa tar bl-umbrella b’kollox.

Kien irrappurtat li r-raġel kellu jaqbeż madwar tliet metri għal isfel, bl-umbrella tkompli togħla qabel ma waqgħet, fejn b’xorti ħażina laqtet lil xi ħadd u ferietu ħafif.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Barranin

Fi Kyoto fil-Ġappun mill-anqas 26 persuna tilfu ħajjithom u għexieren oħra ndarbu f’nirien li tqabbad apposta minn raġel fi studio tal-animazzjoni. Rapporti qed jgħidu li madwar 36 persuni ttieħdu lejn…

Barranin

Fl-istat ta’ Massachusetts l-Istati Uniti l-prosekuturi waqqgħu l-akkuża kriminali kontra l-attur Kevin Spacey. Spacey ta’ 59 sena kien akkużat li abbuża sesswalment minn ġuvni ta’ 18-il sena tliet snin ġo…

Barranin

Fil-belt ta’ Sinaloa fil-Messiku, in-nies ferħet għall-aħbar li fl-Istati Uniti, il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar ta’ droga bejn il-Messiku u l-Istati Uniti, Joaquin El Chapo Guzman, ingħata sentenza ta’ għomor…

Aktar