Lokali
ARA: Il-mument li Ben Camille waqa’ minn fuq il-palk

L-episodju ta’ X Factor Malta li xxandar ilbieraħ fuq TVM ma qanqalx biss ir-reazzjonijiet tal-pubbliku għall-prestazzjoni tal-kantanti tfajliet.

Il-preżentatur Ben Camille introduċi lill-ġurija fil-bidu tal-episodju, li matulu l-kantanti kkompetew bejniethom f’dik li hija magħrufa bħala ‘The Chair Challenge.’

Kien f’dan il-mument li Ben jidher jimxi lura u jaqa’ min-naħa ta’ wara tal-palk. Kameras fil-għoli juruh jagħmel kuntrumbajsa b’lura. Fi ftit sekondi Ben deher jaqbeż lura fuq il-palk bi tbissima u bl-għajta “Għadni ħaj!”

Waqt li ħafna faħħru lil Ben għall-mod kif irnexxielu jieħu l-waqgħa b’mod leġġer u jkompli bis-servizz fuq il-palk, oħrajn esprimew il-fehma li l-waqa’ kienet ‘stunt’ ippjanata minn qabel. Int x’taħseb?

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Qorti

Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…

Qorti

Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti t’Għawdex, akkużat li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, għamel ħsara fuq vettura tal-għamla Vitz. Il-każ seħħ fi Pjazza Salvatore Busuttil f’Kerċem. Ir-raġel, li huwa…

Aktar