Barranin
Ara: Il-mument li dar fl-Arġentina tkaxkret mill-mewġ

Ir-riħ qawwi kixef snienu fi Buenos Aires. Fil-kapitali Arġentina, diżastru għal familja fis-satra tal-lejl, wara li spiċċat bla saqaf fuq rasha kawża tal-qawwa tal-mewġ.

Ir-residenza tagħhom, li kien fiha m’għola żewġ sulari u li kienu jikkaratterizzawha aperturi l-ġmiel tagħhom, iġġarrfet u spiċċat fil-baħar f’tebqa t’għajn.

Hu mifhum, li s-sidien tad-dar ma kinux f’darhom meta seħħ dan l-inċident.