Barranin
ARA: Il-mument li karozza Tesla ħadet in-nar f’Shanghai

Il-kumpanija Amerikana Tesla, li timmanifattura karozzi elettriċi, qalet li qed tinvestiga filmat li qed idur fuq il-midja soċjali, u li fih karozza minn tagħha tidher qed tieħu n-nar.

Fil-filmat, meħud minn kamera tas-sigurtà ta’ parkeġġ taħt l-art f’Shanghai, jidher ipparkjat Tesla Model S. F’ħin bla waqt jibda ħiereġ id-duħħan minn taħt il-karozza, u wara ftit sekondi din tinħakem min-nirien.

Il-Model S huwa wieħed mill-iktar mudelli popolari ta’ din il-marka prestiġjuża, u jibda jinbiegħ minn €83,000.

Tesla tgħid li l-karozzi elettriċi tagħha għandhom 10 darbiet inqas ċans li jieħdu n-nar minn karozzi li jaħdmu bil-petrol. Mill-2013 kienu rraportati 14-il każijiet ta’ Tesla li ħadet in-nar, iżda ħafna minnhom seħħew wara ħabta.

https://twitter.com/i/status/1119997229530406913

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kumpanija Microsoft mistennija tissostitwixxi għadd ta’ ġurnalisti li jaħdmu bil-kuntratt mas-sit tal-MSN ma’ robots. Xogħol dawn ir-robots se jkun li jagħżlu l-istejjer tal-aħbarijiet. Microsoft, bħal diversi kumpaniji teknoloġiċi oħra, tħallas…

Barranin

Harvey Weinstein, li kien ikkundannat 23 sena ħabs fuq stupru u abbuż qed jaffaċċja aktar akkużi. Erba’ nisa oħra qed jakkużawh b’abbużi sesswali li saru bejn l-1984 u l-2013. Waħda minn…

Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump qal li se jagħmel pass drastiku u jtemm ir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). Huwa ħabbar dan ftit sigħat ilu flimkien ma’ miżuri…

Barranin

Ġurnalist tas-CNN li kien qed jirrapporta minn Minneapolis fuq il-mewt ta’ George Floyd ġie arrestat. Omar Jimenez kien immanettjat waqt li kien qed ixandar live kmieni lbieraħ filgħodu. Miegħu ġew…

Aktar