Barranin
ARA: Il-mument li kelb tar għal fuq kriminal u żammu mal-art

Kelb tal-Pulizija f’Kalifornja tilef snienu u kellu jiġi operat fix-xedaq wara li tar għal fuq kriminal u żammu mal-art sakemm ġew il-Pulizija.

Il-kelb, li jismu Puskas, kien strumentali biex jinqabad raġel li kien ipprova jsuq għal fuq pulizija waqt road block.

Il-Pulizija ġrew warajh bil-karozza, fejn baqa’ għaddej minn fuq id-dwal ħomor u qabeż it-traffiku b’mod perikoluż. F’ħin minnhom huwa waqqaf station wagon misjuqa minn mara, niżel mill-pickup tiegħu, ġibed lill-mara ‘l barra, u ħarab bil-karozza tagħha.

Wara li l-Pulizija komplew jiġru warajh, huwa waqqaf il-karozza misruqa u kompla jaħrab bil-pass.

Kien ikun diffiċli għall-Pulizija li jiġru warajh u jilħquh, iżda b’xorti tajba kellhom magħhom lill-kollega ta’ erba’ saqajn, li b’ħeffa liema bħalha laħaq lir-raġel.

Puskas jidher itir għal fuq ir-raġel, jaħtfu minn dirgħajh u jniżżlu mal-art, fejn irnexxielu jżommu sakemm waslu l-Pulizija. Il-kelb tilef kważi snienu kollha f’din l-operazzjoni, u kellu jiġi operat.

Ir-raġel ukoll kellu jingħata l-kura għall-ġrieħi li sofra f’dirgħajh mill-gidma ħarxa tal-kelb.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju ġdid sab li fost dawk li jilbsu l-contact lenses fir-Renju Unit kellhom infenzjoni f’għajnejhom. Riċerkaturi fil-University College London sabu li l-infenzjoni fil-kornea, magħrufa bħala Acanthamoeba keratitis, kważi triplat mill-2011…

Barranin

Raġel ġie arrestat ħdejn il-Buckingham Palace wara li nqabad b’arma fuqu. Siti internazzjonali qed jirrapportaw li r-raġel ta’ 38 sena ġie mwaqqaf għall-ħabta tas-1pm mill-ħaddiema ta’ sigurtà fid-daħla tal-viżitaturi. Fuq…

Ikel

Fl-Iżvizzera, l-elettorat ivvota kontra żewġ proposti għal ikel sostenibbli. L-ewwel riżultati juru li 60% tal-elettorat ivvota kontra dawn il-proposti li kellhom l-għan jsaħħu l-agrikoltura Żvizzera u jippromwovu agrikoltura iktar sostenibbli….

Barranin

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn qal li hu lest jappoġġja referendum ieħor dwar l-Unjoni Ewropea jekk il-membri tal-partit tiegħu jkunu jridu. Qal li għalkemm hu jippreferi elezzjoni ġenerali, ikun…

Aktar