Kultura
ARA: Il-mument li l-arkeologi kixfu oqbra Puniċi f’Ħal Tarxien

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni f’Ħal Tarxien kixfu teżori nazzjonali bis-sejba ta’ seba’ oqbra Puniċi li jmorru lura għal Qabel Kristu.

Is-sejba, li saret mill-arkeologi tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, tinkludi għadam tal-bnedmin, li waqt dan il-perjodu kienu jinħarqu wara mewthom u t-twiebet tagħhom kienu buqari tal-fuħħar.

TVM qed ixandar filmat li nġibed mill-arkeologi tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fil-mument li skoprew is-seba’ oqbra Puniċi u Rumani li jgħoddu iktar minn 2,000 sena.

Tnejn mis-seba’ oqbra nstabu ssiġillati fil-ġebla u fihom instabu fdalijiet ta’ għadam tan-nies. Is-Supretendent tal-Patrimonju Kulturali, Joe Magro Conti, spjega li mis-sejbiet jirriżulta li l-mejtin kienu jinħarqu u l-irmied tagħhom kien jitpoġġa f’buqari.

“Dan il-frak li qed naraw hawnhekk bħal din il-biċċa skutella tar-ras u hawnhekk parti oħra tal-ġisem huma l-fdalijiet kremati, maħruqa ta’ persuna,” qal is-Supretendent tal-Patrimonju Kulturali, Joe Magro Conti.

Fil-qabar instabu buqari iżgħar, li kienu jimtlew bl-ikel u bl-ilma, u b’musbieħ fuqhom biex jgħin lill-mejtin isibu t-triq għall-eternità ta’ wara l-mewt.

“Tgħid kos, dawn l-istess bħalna kienu. Qed jidfnu lil nieshom b’rispett u jaħsbu għall-ħajja ta’ wara, qed jinkwetaw jekk għexux ħajja tajba jew ħażina.”

Dawn ir-rikkezzi nstabu fl-istadji bikrin ta’ żvilupp waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni f’Ħal Tarxien is-sena l-oħra.

L-oqbra ġew salvati bi ftehim, b’paċenzja u b’koperazzjoni kemm mill-iżviluppaturi u l-periti li jkollhom ibiddlu l-pjanti tal-basement. Hemm min tilef garaxx u hemm min tilef tnejn.

L-istudji se jissoktaw biex fost oħrajn ikunu stabbiliti s-sess, l-età u l-kawża tal-mewt ta’ dawn in-nies.

Ara hawn il-filmat esklussiv:

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar