Barranin
ARA: Il-mument li missila splodiet l-ajruplan fl-Iran

F’filmat li qed jiġi ppubblikat minn midja internazzjonali, missila tidher tolqot ajruplan Ukren, ftit tal-mumenti biss wara li dan telaq mill-ajruport ta’ Tehran, fl-Iran. Dan il-każ ħalla 176 persuna mejta.

Midja internazzjonali qed tirrapporta kif skont għadd ta’ mexxeja tal-Punent, l-ajruplan twaqqa bi żball minn missili Iranjani. L-Iran ċaħdet għal kollox dawn l-allegazzjonijiet.

Il-mexxejja tal-Kanada u r-Renju Unit lkoll talbu għal investigazzjoni dwar dan il-każ.

Il-waqgħa tal-ajruplan waslet siegħat biss wara li missili tal-Iran laqtu żewġ bażijiet militari tal-Istati Uniti li jinsabu fl-Iraq.

Ara wkoll:

Il-PM tal-Kanada jgħid li l-ajruplan f’Tehran x’aktarx iġġarraf b’missila tal-Iran

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Barranin

Ajruplan b’numru ta’ passiġġieri li għadhom ma ġewx identifikati ġġarraf fl-Afghanistan. L-inċident seħħ f’Deh Yak distrtt f’Ghazni. Skont kelliem tal-gvern, l-ajruplan iġġarraf u belgħu n-nar minħabba ħsarat tekniċi. Aktar dettalji…

Barranin

Fl-Awstralja mara mietet waqt kompetizzjoni tal-ikel li fiha l-parteċipanti riedu jieklu kemm jifilħu pasti tradizzjonali biċ-ċikkulata tal-lamingtons. Il-mara ta’ 60 sena kienet qed tieħu sehem fil-kompetizzjoni li saret fi Queensland fejn kienet…

Barranin

Il-futur politiku ta’ Matteo Salvini xejn mhu jidher sabiħ hekk kif qed iħabbat wiċċu ma’ disfatta wara li l-partit tiegħu tal-Lega ma tantx kiseb voti fl-elezzjonijiet reġjonali partikolarment fir-Reġjun li…

Aktar