Barranin
ARA: Il-mument li omm abbandunat it-tarbija tagħha fuq bankina f’Ruma

Omm fl-Italja ġiet arrestata wara li abbandunat lit-tarbija tagħha fuq bankina f’Ruma. L-att tal-mara nqabad fuq filmati minn kameras tas-sigurtà.

Il-mara tidher timbotta pram u tieqaf biswit karozza pparkjata. Il-mara, li magħha kellha tifel ieħor żgħir, tqatta’ diversi minuti wieqfa fl-istess post, meta ħin bla waqt taqbad lit-tifel minn idu u titlaq ’l hemm, waqt li tħalli lit-tarbija fil-pram warajha.

Il-Pulizija, li mill-filmati raw lill-mara miexja lejn l-istazzjon Termini, irnexxielhom jaqbduha f’Bologna, fejn ġiet arrestata u mistennija tkun akkużata li abbandunat lit-tarbija.