Barranin
ARA: Il-mument li plejers tal-Arsenal ġew aggrediti f’Londra

Filmat li xxandar mill-Pulizija Ingliża fl-aħħar jiem juri l-mument li żewġ plejers ta’ Arsenal ġew aggrediti fi triq f’Londra.

Il-każ seħħ fil-25 ta’ Lulju li għadda, meta Mesut Ozil u Sead Kolasinac ġew aggrediti b’oġġett bil-ponta waqt li kienu biswit l-SUV tagħhom.

Il-filmat juri żewġt irġiel lebsin il-crash helmet fuq mutur, fejn wieħed minnhom jinżel u jagredixxi lil Kolasinac bit-turnavit. Għall-ewwel Kolasinac ma rreaġixxiex, iżda meta r-raġel armat ippersista, Kolasinac iddefenda ruħu.

Iż-żewġ irġiel jidhru jaħarbu mill-post bla ma serqu xejn. Huma nqabdu iktar tard u ammettew għall-attentat ta’ serqa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fin-Niġerja, investigazzjoni minn task force dwar l-annimali selvaġġi wasslet biex skopriet każ fejn iljun kien qed jintuża biex jagħmel l-għassa ma’ dar privata. L-awtoritajiet Niġerjani qalu li d-dar li kien…

Barranin

Irjiħat qawwija żiedu mal-pjaga ta’ nirien li għaddeja minnu l-Awstralja bħalissa, hekk kif dawn waslu biex il-Belt ta’ Sydney, titgħatta għal kollox bi dħaħen perikolużi. Fil-fatt, kellhom jinħarġu twissijiet dwar…

Barranin

Xufier ta’ trakk u tifla ta’ ħmistax-il sena mietu filwaqt li għadd ta’ persuni ndarbu hekk kif iġġarraf pont li jagħti għal belt żgħira f’żona turistika popolari fil-Lbiċ ta’ Franza….

Barranin

Franza rritornat lura x-xabla tal-mexxej Omar Saidou Tall lis-Senegal. Din ix-xabla tmur lura għas-seklu 19 l-għaliex kienet tappartjeni lill-akkademiku u mexxej Afrikan Saidou Tall, li kien il-moħħ wara r-rewwixta kontra…

Aktar