Barranin
ARA: Il-mument li sabu tarbija li ġiet abbandunata f’basket fl-Istati Uniti

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu jaraw x’kien il-ħoss tal-bikja.

It-tarbija li kienet għadha bil-kurdun, kienet fi stat ta’ saħħa tajba, u l-pulizija ta’ Forsyth County issa bdew it-tfittxija għall-genituri tat-tarbija. Il-pulizija anke appellat għall-għajnuna tal-pubbliku. India ttieħdet f’idejn id-Dipartiment tal-Familja u Tfal fl-istat ta’ Georgia sakemm titkompla l-investigazzjoni dwar dan il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-akkademiku Malti Joseph Mifsud qed ikun investigat mill-prosekuturi f’Agrigento, fl-Italja, fuq serq jew miżapproprjazzjoni ta’ fondi. Mifsud, li kien president tal-konsorzju tal-università ta’ Agrigento, diġà kien magħruf fuq livell internazzjonali,…

Barranin

L-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping, WADA, ipprojbiet lir-Russja milli tieħu sehem f’kull avveniment sportiv dinji għal erba’ snin li gejjin. Dan ifisser li r-Russja mhix se tieħu sehem fl-Olimpijadi tal-2020 f’Tokyo…

Barranin

Raġel fir-Renju Unit li f’temp ta’ ġimagħtejn attakka sesswalment ħdax-il persuna, fosthom anzjana u numru ta’ tfal, kien ikkundannat għomru l-ħabs għal 33 darba. Joseph Mc Cann ta’ 35 sena…

Barranin

Sanna Marin ta’ 34 sena se ssir l-iżgħar Prim Ministru fid-dinja, meta se tmexxi gvern ta’ koalizzjoni fil-Finlandja. Marin kienet il-Ministru għat-Trasport u ntgħażlet mill-Partit Soċjal-Demokrtiku li tirrapreżenta biex tieħu…

Aktar