Barranin
ARA: Il-mument li sfrondat l-art ta’ diskoteka fl-Italja, 6 mejta

Filmat miġbud bil-mobile qabad il-mumenti li fih sfrondat l-art ta’ diskoteka fl-Italja. L-inċidenti, li seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt f’Ancona, ħalla 6 mejta u 120 feruti, 7 minnhom fil-periklu tal-mewt.

Ħamsa mill-vittmi kellhom bejn 14 u 16-il sena, u l-oħra kienet omm li kienet qed takkumpanja lil bintha ta’ 11-il sena waqt il-festin li kien qed isir għall-istudenti ta’ ħames skejjel fid-diskoteka Lanterna Azzurra.

Qed ikun irrappurtat li fid-diskoteka ntefa’ xi pepper spray, bil-konsegwenza li kulħadd ipprova joħroġ ‘il barra f’daqqa. Ġara iżda li meta ż-żgħażagħ spiċċaw imrassin kollha fid-daħla tal-binja, l-art ċediet taħt il-piż, b’ħafna spiċċaw mgħaffġa.

L-inkjesta fil-każ għadha għaddejja, iżda l-midja qed tirrapporta li possibilment kienu ġew mibjugħa iktar biljetti milli suppost, u li ma kienx hemm biżżejjed bibien għall-ħruġ f’emerġenza.

Ara wkoll:

6 persuni jmutu wara li nqabdu f’rassa f’diskoteka fl-Italja

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

L-informazzjoni personali ta’ miljuni ta’ influencers fuq Instagram instabet online fuq database.  It-tagħrif kollu kien maħżun f’server li mhux protett b’password u għalhekk aċċessibbli għal kulħadd. TechCrunch qed tirrapporta li…

Brexit

Il-kabinett Ingliż qabel mal-pjan tal-Prim Ministru Theresa May ħalli l-fethim biex ir-Renju Unit iħalli l-Unjoni Ewropea jsir parti mil-Liħi Ingliħa. Jingħad li l-ftehim huwa maħsub biex jinstab kompromess mal-Oppożizzjoni Laburista….

Barranin

L-attur ċelebri Johnny Depp akkuża lill-ex mara tiegħu Amber Heard li kienet tpinġi t-tbenġil u ċaħad li kien isawwatha.  L-istilel ta’ Hollywood Depp u Heard iżżewġu fl-2015 u ddivorzjaw sentejn wara,…

Barranin

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili Franċiżi kellhom biċċa xogħol delikata biex jikkonvinċu raġel li niżel taħt il-gallerija tat-torri Eiffel u kkawża konfużjoni kbira għax kellha ssir evakwazzjoni ta’ emerġenza tan-nies kollha fit-torri…

Aktar