Barranin
ARA: Il-mument li t-tfal ħarbu mwerwra mix-xarabank fl-Italja

Dak li seta’ jkun massakru kbir f’Milan, meta xufier ipprova jqabbad xarabank mimlija tfal, ġie evitat, anki bis-saħħa ta’ tifel li nħall mill-ħbula li kien marbut bihom u uża l-mobile ta’ sieħbu biex iċempel għall-għajnuna.

Ix-xufier, raġel mis-Senegal, allegatament qal li t-tliet uliedu kienu mietu fuq il-baħar, u li hu ried joqtol lill-istudenti abbord ix-xarabank bi tpattija għall-politika tal-Gvern Taljan, li jrid iħalli iktar immigranti jmutu fil-Mediterran.

Filmat li ttieħed minn mobile juri t-tfal ħerġin jiġru mix-xarabank, li dak il-ħin kienet ġiet imblukkata minn karozza tal-pulizija, li kissru wkoll il-ħġieġ tax-xarabank biex joħorġu t-tfal. Iżda x-xufier kompla jipprova jsuq, u rnexxielu jimbotta l-karozza tal-Pulizija biex saq biċċa triq oħra bit-tfal li kien baqa’ abbord, u li wkoll niżlu jiġru mal-ewwel ċans.

Student ta’ 12-il sena irrakkonta kif ix-xufier kien rabathom u ħadilhom il-mobiles, u li bdew jarawh iwaddab il-fjuwil. Qal li hu rnexxielu jinħall u jċempel għall-għajnuna b’mobile li kien waqa’ lix-xufier. Dan kien ikkonfermat mill-pulizija, li qalu li marru jwaqqfu x-xarabank wara li rċevew telefonata mingħand il-ġenituri ta’ wieħed mit-tfal abbord, li kien qalilhom x’qed jiġri.

Ara wkoll:

Fl-Italja: Qabbad xarabank mimlija tfal bi protesta għall-immigranti

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Ukrajna, il-kummidjant Volodymyr Zelensky ser ikun il-President il-ġdid tal-pajjiż wara li skont l-exit polls ġab 70% tal-voti mitfuha. Illum il-poplu ħareġ jivvota fl-aħħar fażi tal-elezzjonijiet presidenzjali. L-għażla kienet bejn il-President…

Barranin

Filwaqt li d-dinja Kristjana qamet tiċċelebra l-Għid il-kbir, fi Sri Lanka, il-poplu xxukkjat bl-attakki li fil-mira tagħhom kienu fost oħrajn diversi knejjes fejn l-Insara kienu qed jiċċelebraw l-akbar festa tar-reliġjon…

Barranin

Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni ċċelebrat għeluq sninha, hekk kif għalqet 93 sena. B’libsa ċelesta, u bi tbissima, ir-Reġina dehret fl-aqwa tagħha meta attendiet is-servizz tal-Għid fil-Kastell Windsor. Ir-Reġina ngħatat bukkett fjuri…

Reliġjon

Fl-akbar festa tal-Knisja Kattolika, il-Papa Franġisku appella lill-politiċi biex iwaqqfu t-tellieqa għall-armi u biex jilqgħu refuġjati li qed jaħarbu minn ambjenti ta’ ġuħ u ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Fil-messaġġ Urbi…

Aktar