Kronaka
ARA: Il-mument li tilef il-kontroll u faqa’ karozza u faċċata f’San Ġwann

Il-mument li sewwieq ta’ karozza ħabat ġo karozza oħra pparkjata u faċċata ta’ dar f’San Ġwann, inqabad fuq kamera tas-sigurtà.

L-inċident seħħ ftit qabel il-5.00 tat-Tlieta filgħodu, meta s-sewwieq, Taljan ta’ 24 sena, tilef il-kontroll tal-karozza fi Triq il-Baltiku. Kawża tal-inċident is-sewwieq sofra ġrieħi gravi.

Milquta wkoll minn dan l-inċident kien is-sid tal-karozza pparkjata, li huwa wkoll sid id-dar li spiċċat bi ħsarat estensivi fil-faċċata kawża tad-daqqa.

Kien sid id-dar, Kevin Camilleri, li tella’ filmat tal-inċident fuq il-midja soċjali. Huwa qal li hu u martu ħadu xokk kbir meta qamu maħsuda bl-inċident fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, u rringrazzjaw lil Alla li ma kien hemm ħadd miexi fil-post dak il-ħin.

Ara wkoll:

Raġel bi ġrieħi gravi wara li ħabat f’ħajt u karozza f’San Ġiljan