Immigrazzjoni
ARA: Il-mument meta ntlemħu l-immigranti f’nofs ta’ baħar

Waqt li l-Forzi Armati xandru l-filmat tal-operazzjoni li għamlu jumejn ilu fuq dingy li kellu żewġ immigranti, wieħed mejjet u ieħor f’kundizzjoni gravi x’aktarx minħabba li kienu eżawriti bil-qilla tax-xemx fuq il-baħar fi triqthom lejn l-Ewropa, ikkumenta fuq il-kwistjoi tal-immigrazzjoni kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Moviment Patrijotti Maltin.

Quddiem sitwazzjoni ta’ madwar 500 abbord li ħadd ma jridhom jiżbarkaw, il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliema Carmelo Mifsud Bonnici u Roselyn Borg Knight appellaw biex il-Gvern jaġixxi fis-sewwa u jagħti lezzjoni lill-Unjoni Ewropea kollha u jassigura li l-persuni vurnerabbli, tfal, nisa anzjani u dawk li qegħdin ħażin jingħataw l-assistenza u jinġibu f’Malta. Huma qalu li waqt li jifhmu d-diffikultajiet u l-kumplikazzjoni fl-Unjoni Ewropea, hija tal-mistħija li l-art li tiftaħar kemm tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem ħadd ma jiċċaqlaq quddiem din ir-realtà.

Min-naha l-oħra, il-Moviment Patrijotti Maltin fi stqarrija sostna li l-ebda immigrant m’għandu għalfejn jissogra ħajtu f’nofs ta’ baħar. Il-moviment filwaqt li akkuża lil Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni b’inkompitenza għax jibqgħu jilqgħu l-immigranti f’Malta, ippropona li jsir imblokk navali tal-kosta Libjana biex l-ebda dgħajsa b’nies li ma jikkwalifiakwx għal stat ta’ refuġjat ma titħalla taqsam lejn l-Ewropa.

Il-Moviment sejjaħ ukoll biex ikun hemm dawk li sejjaħ kurituri umani għar-refuġjati bħala l-uniku bibien għall-Ewropa u b’hekk qal ma jkunx hemm għalfejn li l-immigranti jissograw ħajjithom. Il-Moviment Patrijotti Maltin qal li l-Ewropa għandha l-obbligu li tieqaf tisfrutta u tiddestabilizza l-pajjiżi Afrikani u minflok għandha tgħinhom iqumu fuq saqajhom.

Ara wkoll:

Raġel jittella’ mejjet wara li nstab fuq dinghy

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ħass li kellu jattendi għas-summit tal-Kunsill Ewropew għax hu l-Prim Ministru tal-pajjiż u xogħlu huwa li jirrappreżenta lil Malta. Huwa qal dan fl-isfond li…

Politika

Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista: Chris Fearne u Robert Abela ddikjaraw li Konrad Mizzi mhux ser jkun fil-kabinett tagħhom għalkemm jibqa’ fil-grupp parlamentari Laburista. Intervistati fil-programm Dissett, Dr Fearne u…

Lokali

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO qalet li minħabba ħsarat is-servizzi tal-internet kemm dak fiss, kif ukoll tal-mobile mhumiex qegħdin jaħdmu. Fuq Facebook il-kumpanija qalet li konsegwenza ta’ din il-ħsara, iċ-channels diġitali tal-call centre huma…

Aktar