Barranin
ARA: Il-mument skomdu x’ħin May weħlet fil-karozza

Ftit sekondi nħassu ħafna itwal meta l-bieba tal-karozza tal-Prim Ministru Ingliż ma riditx tinfetaħ.

Theresa May kienet għadha kemm waslet għal-laqgħa mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, li magħha kellha tiddiskuti l-possibililtà ta’ kjarifiki mill-Kummissjoni Ewropea rigward aspetti tal-ftehim ta’ Brexit.

Tistenna biex tilqagħha fuq it-tapit l-aħmar kien hemm Merkel, li setgħet biss tħares sakemm il-ħaddiema jissieltu mal-manku tal-bieba u s-sistema elettronika tal-karozza.

Dan l-inċident, għalkemm ċkejken, qed jingħata sinjifikat ikbar minħabba li seħħ f’dan il-mument sensittiv għar-Renju Unit. Il-mod kif May inqabdet fil-karozza huwa eku skomdu tal-mod kif il-ftehim tagħha weħel fil-Parlament Ingliż, u l-vot dwaru kellu jiġi pospost.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Iżjed minn 5,000 ruħ attendew il-funeral u ċ-ċerimonja ta’ tifkira li saru fiċ-ċimiterju ta’ Memorial Park fi New Zealand għall-vittmi li nqatlu brutalment fl-attakk li twettaq fuq żewġ moskej fi…

Brexit

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u l-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May qablu għal estensjoni qasira sat-22 ta’ Mejju li ġej għad-divorzju tar-Renju Unit minn mal-Unjoni Ewropea, bit-tama li Brexit iseħħ b’mod…

Barranin

X’se jsemmuha lit-tarbija l-Prinċep Harry u martu Meghan?  L-ex attriċi tinsab lejn l-aħħar tat-tqala u l-kumpaniji tal-imħatri bħalissa għaddejjin b’furur dwar l-isem, is-sess, il-piż, id-data u l-post fejn se titwieled…

Barranin

Michel Temer, ex president tal-Brażil ġie arrestat f’Sao Paulo wara investigazzjoni biex tinkixef il-korruzzjoni. Temer ġie maħtur president f’Awwissu tal-2016 wara l-mozzjoni għat-tkeċċija ta’ Dilma Rousseff. F’postu ġie maħtur Jair…

Aktar