Barranin
Ara: Il-mument xokkanti li fih inqatgħet il-cable car u qatlet 14-il ruħ fl-Italja

Filmat esklussiv imxandar waqt il-bulettin tal-aħbarijiet ta’ Rai 3 juri l-mument traġiku illi fih inqatgħet il-cable car li qatlet 14-il persuna nhar it-23 ta’ Mejju li għadda f’Mottarone l-Italja.

Il-cable car numru tlieta tidher riesqa bil-mod il-mod lejn id-destinazzjoni tagħha f’Mottarone. Abbord, hemm 15-il persuna, ilkoll marsusin ma’ xulxin. Quddiem nett, iċ-ċkejken Eitan, missieru u żewġ nisa oħra. Imbagħad, kif idoqqu 12.12pm, il-cable car tinqata’ u tieħu skoss lura b’qawwa liema bħalha, tant li l-persuni li kienu ġo fiha spiċċaw tilfu l-bilanċ u ma setgħu jqumu b’xejn. Ftit wara, il-cable car tinqata’ għalkollox u titgħaffeġ fil-foresta tal-inħawi.

F’inkwadratura oħra, jidher ħaddiem li kien lest jilqa’ lill-persuni abbord f’Mottarone. Kif inqatgħet il-cable car, huwa jidher isejjaħ għall-ajjut.