Kronaka
ARA: Il-mument tal-arrest fi Spanja tat-tielet suspettat bil-qtil f’Tas-Sliema

L-arrest fi Spanja ta’ Daniż imfittex mill-Pulizija f’Malta bħala t-tielet suspettat bil-qtil ta’ żewġt’ irġiel f’residenza f’Tas-Sliema, kien wieħed minn seba’ arresti li għamlu fl-aħħar tmint’ ijiem il-Pulizija Spanjola, fejn qabdu maħruba u mfittxija minn pajjiżi oħra.

Il-Pulizija f’Malta issa tistenna li jintemmu l-proċeduri f’Qorti ta’ Spanja biex id-Daniż jiġi estradit lejn pajjiżna. Il-Pulizija Spanjola taw lil TVM filmat tal-arrest tad-Daniż:

Iż-żewġ suspettati l-oħra nqabdu iktar kmieni f’Malta u tressqu l-Qorti akkużati bil-qtil doppju f’Tas-Sliema, li ħalla mejta lil Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski.

Segwi f’iktar dettall:

ARA: Jesper Kristiansen jinħareġ immanettjat minn lukanda fi Spanja

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Daniel Muka jwieġeb mhux ħati tal-qtil doppju f’Tas-Sliema

AĠĠORNAT 2: It-tieni suspettat iwieġeb mhux ħati tal-qtil doppju f’Tas-Sliema