Barranin
ARA: Il-mumenti qabel u wara l-qtil tal-ġurnalista Irlandiża

Il-Pulizija Irlandiża ppubblikat filmati minn kameras tas-sigurtà li juru l-mumenti qabel inqatlet il-ġurnalista Lyra McKee ta’ 29 sena nhar il-Ħamis li għadda.

Mc Kee, li kienet qed tirrapporta minn Derry, fejn kienu għaddejjin protesti vjolenti, inqatlet b’tir minn arma tan-nar. Il-Pulizija qalet li qed tikkonsidra dan il-qtil bħala attakk terroristiku.

Ftit mumenti qabel inqatlet McKee tidher qed tiġbed ritratti u filmati bil-mobile qalb il-folla. Is-suspettat huwa raġel mgħammad u armat li fil-filmat jidher jixref minn wara ħajt.

Filmati oħrajn li nġibdu mill-mobile ta’ persuna li kienet fuq il-post fil-ħin tal-isparatura juru l-mumenti li fih ġie sparat it-tir, bi grupp ta’ persuni jidhru jidħku, iżda l-espressjoni tagħhom tinbidel meta jirrealizzaw li ġara xi ħaġa serja għax beda jinstema’ t-twerżiq.

F’dawn il-filmati jidhru wkoll grupp ta’ persuni mal-art madwar McKee, jippruvaw jagħtuha l-ewwel għajnuna.

Ara wkoll:

Ġurnalista tinqatel fl-Irlanda waqt li kienet qed tirrapporta dwar irvell

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Barranin

L-Ispeaker ta’ New Zealand ħa inkarigu mhux tas-soltu meta spiċċa jisqi tarbija waqt xogħol tal-Kamra. L-Ispeaker Trevor Mallard ħa f’dirgħajħ it-tarbija tad-deputat Parlamentari Tamati Coffey, li ħabbar it-twelid ta’ ibnu…

Aktar