Televiżjoni u Radju
Ara: ‘Il-Muxrafija’ jżur l-eqdem sptar ta’ Malta

Din il-ġimgħa, mill-ġdid, ‘Il-Muxrafija’ se jkun qed jixref f’żewġ postijiet li jħaddnu għadd ta’ kurżitajiet partikolari. Qabelxejn, it-telespettaturi se jittieħdu fil-ġonna ta’ Villa Frere f’Tal-Pietà. Lok, meqjus bħala wieħed mill-isbaħ ġonna fl-Ewropa u li matul dawn l-aħħar 200 sena qajjem interess liema bħalu fost l-istudjużi. Hemmhekk, id-dokumentarju jiskopri kif sejba ta’ dagħbien setgħet kienet parti mill-gżira leġġendarja ta’ Atlantis.

Imbagħad, id-dokumentarju jissokta bejn l-erba’ ħitan tal-eqdem sptar ta’ Malta, l-Isptar Santo Spirito fir-Rabat. Post, li jħaddan waħda mill-eqdem spiżeriji f’pajjiżna u li kellu rabta mal-prostituzzjoni kif ukoll mat-tfal iltima. Hawn, fost l-oħrajn, il-pubbliku mistenni jsir aktar midħla ta’ kif kienu jitħalltu l-kimiċi fil-bidu.

‘Il-Muxrafija’ jixxandar għada fil-5.30pm fuq Television Malta.