Kurżitajiet
Ara: Il-pads sanitarji jbiddlulu ħajtu

Arunachalam Muruganantham għamel isem wara li rnexxielu joħloq pads sanitarji għal prezz raġjonevoli fl-Indja.

Muruganantham xtaq jagħmel il-ħajja tan-nisa Indjani aktar faċli wara li ntebaħ li martu kienet tuża ċraret matul il-mestruwazzjoni.

Muruganantham kien ġej minn familja pjuttost fqira u waqaf skola ta’ 14 biex jikseb is-sengħa tal-welding. Iżda mid-dinja tal-welding, Muruganantham spiċċa biex ħoloq pads sanitarji li anke l-aktar nisa foqra fil-pajjiż setgħu jippermettu.

Fl-Indja, kienu biss 12% tan-nisa li jaffordjaw jixtru prodotti sanitarji. Dawk li huma inqas ixxurtjati kienu jispiċċaw jużaw minflok ċraret, gazzetti jew ċana. Il-ministeru għas-saħħa tal-pajjiż qal li 70% tan-nisa qegħdin fir-riskju ta’ infezzjonijiet serji minħabba n-nuqqas ta’ iġenje.

Tant marret tajjeb l-inizjattiva ta’ Muruganantham li saħansitra se joħroġ film Bollywood dwar l-istorja tiegħu. L-iskop wara l-film ‘Pad Man’ huwa biex tingħeleb it-taboos bħalma hija dik dwar il-mestruwazzjoni biex jonqsu l-impatti negattivi li għandha t-taboo fuq is-saħħa mentali, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet fis-soċjetà speċjalment għan-nisa.

Iżda l-istorja tiegħu ma kinetx kollha ward u żgħar. Muruganantham, li tant kien iddeterminat li joħloq prodotti sanitarji minn prodotti lokali, ħoloq kontroversji kbar. F’villaġġ mimli superstizzjonijiet, spiċċa iżolat. Il-mara u ommu telquh u n-nies tal-villaġġ ħasbu li kien possedut mid-dimonji.

Iżda, Muruganantham ra xaqq ta’ dawl fl-2009 meta rebaħ premju li ssapportja l-inizjattiva tiegħu. Bis-saħħa tal-premju, inxtraw makkinarji tal-pads sanitarji f’komunitajiet rurali li mhux biss provdew bosta opportunitajiet ta’ xogħol lin-nisa, iżda qajjem kuxjenza dwar is-saħħa u l-iġenje. Illum il-ġurnata aktar minn 600 magna ġew distribwiti madwar il-pajjiż.

Muruganantham qal li, filwaqt li jinsab kuntent li għamel differenza fil-ħajja tan-nisa Indjani, huwa jixtieq li l-film joħloq djalogu u aktar kuxjenza.

Muruganantham saħansitra ġie nnominat wieħed mill-100 persuna l-aktar influwenti fid-dinja minn Time magazine fl-2014.

Aħbarijiet Oħra
Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Meta konna żgħar, għall-bidu ta’ Novembru, tal-iskola kienu jagħtuna kaxxa tal-kartun kemmxejn ċatta, qisha gabarrè kbir li fiha kien ikollna ħafna pepprin tal-karta…

Barranin

L-iskart ta’ wieħed huwa t-teżor ta’ ieħor. Hekk jiddeskrivi l-karriera tiegħu Artur Brazhe, disinjatur tal-moda favur l-ambjent. Brazhe huwa minn Kursk u ilu jiddisinja ħwejjeġ minn affarijiet riċiklabbli għal dawn…

Kurżitajiet

Ħaddiema ta’ kumpanija Belġjana tal-metall dalgħodu sabu sorpriża wara tmiem il-ġimgħa hekk kif skoprew li kellhom bonus ta’ €30,000 fil-kont bankarju tagħhom. Filwaqt li wħud issuspettaw li l-flus spiċċaw għandhom…

Barranin

Diversi nies ma jirnexxilhomx jew ibatu biex jorqdu. Huma diversi raġunijiet għala wieħed ma jkunx jista’ jorqod fosthom għax wieħed ma jkunx xorob biżżejjed ilma matul il-jum. Skont riċerka li…

Aktar