Barranin
ARA: Il-Papa Franġisku joħroġ mill-isptar

Il-Papa Franġisku deher jitlaq mill-Isptar Gemelli f’Ruma.

Huwa daħal l-isptar nhar l-4 ta’ Lulju biex jiġi operat fil-musrana l-kbira minħabba li kellu kundizzjoni fiha li setgħet twassal biex tidjiq kawża ta’ nefħiet.

Din kienet l-ewwel darba li l-Papa Franġisku, li għandu 84 sena, iddaħħal l-isptar minn kemm ilu Papa.

L-operazzjoni kienet skedata li ssir. Lill-Papa operah il-Professur Sergio Alfieri.