Barranin
ARA: Il-Papa jbus saqajn mexxejja tas-Sudan li kienu fi gwerra

Il-Papa Franġisku niżel ibus saqajn mexxejja rivali fis-Sudan t’Isfel, li daħlu fi gwerra bejniethom li ħalliet 400,000 persuna mejta.

Is-sena li għaddiet il-President tas-Sudan t’Isfel Salva Kiir u l-eks deputat tiegħu Riek Machar iffirmaw ftehim ta’ paċi li permezz tiegħu ntemmet il-gwerra ċivili.

Filwaqt li bi tbatija niżel ibus saqajhom u saqajn it-tliet Viċi-Presidenti li akkumpanjawhom, il-Papa ħeġġiġhom jirrispettaw l-armistizju u jikkomettu ruħhom li jiffurmaw gvern konġunt sax-xahar id-dieħel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar