Kisbiet
ARA: Il-paraliżi ma żammitux milli jiggradwa bl-unuri

Jaqbżu t-tliet elef u tliet mija l-persuni li f’dawn il-ġranet qed jiggradwaw mill-Universita’ ta’ Malta, kollha bl-istorja tagħhom li tilħaq il-quċċata b’ċerimonja qasira iżda sinifikattiva.

Fost dawn, spikkat iċ-ċelebrazzjoni ta’ żagħżugħ li wara inċident xi snin ilu spiċċa paralizzat u fiċ-ċerimonja tal-bieraħ tela’ jirċievi ċ-ċertifikat f’siġġu tar-roti u għamel ukoll id-diskors tal-okkażjoni. Mhux se jieqaf hawn, se jkompli jistudja.

Din kienet lejla li Clayton ma jinsa qatt f’ħajtu. Bħala student tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, iggradwa b’First Class fil-psikoloġija mill-Università.

It-triq għal Clayton ma kinitx faċli. Erbatax-il sena ilu ħajtu inbidlet mil-lejl għal nhar. “Ġejt paralizzat minħabba li kelli inċident fejn ksirt is-sinsla ta’ għonqi u konsegwenza tagħha ma nistax inċaqlaq idejja u saqajja.”

“Tkun persuna li għandek l-abbiltà u tista’ tagħmel kollox waħdek għal f’daqqa waħda titlef il-kontroll kollu fuq ħajtek,” sostna Clayton.

Iddeċieda li jibda kors l-università. “Dik l-esperjenza tatni perspettiva differenti fuq il-ħajja, fuq l-umanità, valur tal-bniedem li mbagħad kienet qisha deċiżjoni awtomatika li nistudja l-psikoloġija.”

Għal Clayton, it-teknoloġija kienet kruċjali. “L-essays u l-eżamijiet. Jien nuża l-kompjuter. Issa forsi inti tuża l-kompjuter b’idek sewwa u jien nuża l-kompjuter b’ħalqi.”

Ovvjament ma stajtx nikteb jiena, allura kien jiġi provdut xi ħadd li jista’ jgħinni nikteb. Jien niddetta sewwa u l-persuna tikteb dak li jien niddetta.

Bħalma jiġri lil ħafna, kien hemm mumenti fejn Clayton kien qed isibha diffiċli. “Meta naraw persuni b’diżabilità ngħidu awtomatikament illistrina dawn. Min jaf kemm jiffaċċjaw diffikultajiet fil-ħajja. Iva, għandi d-diffkultajiet tiegħi imma narahom bħad-diffkultajiet li jkollu kull persuna f’ħajtu.”

Staqsejtu jħossux onorat li ġab First Class. Clayton wieġeb li jħossu sodisfatt għax kien jemmen li kapaċi jasal s’hawn.

Ħafna drabi meta tgħid persuna ġibt First Class tgħid il-madoffi Clayton persuna b’diżabilità, ġab first class u l-problema hemmhekk. Meta noħolqu s-sensazzjoni, sewwa, għax fir-realtà jien ma ġibtx first class għax għandi diżabbiltà.

Clayton determinat li jkompli jistudja. “Mir-riżultati li kelli fit-teżi se nkompli nistudja fuq dak is-suġġett u bdejna Master’s fuq Mindfulness.”

Mistoqsi x’inhuma l-aspirazzjonijiet fil-ħajja, Clayton iwieġeb hekk: “Naħseb, li ngħix.”

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin daħlu fis-seħħ pjan ta’ azzjoni fid-dawl tal-virus COVID19, hekk kif dan kompla jinfirex barra ċ-Ċina u laħaq pajjiżi Ewropej partikolarment l-Italja. Fi stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa intqal li…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela tkellem fuq l-ewwel summit tiegħu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fejn beda jigi diskuss il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li gejjin. F’kollegament fuq One Radio,…

Qorti

Mahdi Mohammed, Libjan ta’ 37 sena qal li ma jistax imur lura lejn il-Libja għax joqtluh. Dan minħabba li kien suldat ta’ Gaddafi. Hu qal dan fil-Qorti, fejn tressaq akkużat…

Qorti

Saif Faisal Ibrahim Sahir, Somalu ta’ 24 sena kien akkużat b’pussess tad-droga għall-użu personali. Hu ammetta l-akkużi kontrih u kien immultat €50. Il-Maġistrat Joe Mifsud irrakkomanda li ż-żgħażugħ jinstablu post…

Aktar