Trasport
ARA: Il-parir ta’ Transport Malta għaż-żmien tal-festi

“Se tixrob? Issuqx”  hija l-kampanja li nediet Transport Malta għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.

Fi stqarrija TM qalet li ħafna nies jieħdu grokk tal-okkażjoni, u li ħafna jirriskjaw isuqu taħt l-effett tax-xorb għax jemmnu li jifilħu għalih, mingħajr ma jikkunsidraw il-konsegwenzi.

TM saħqet li mhuwiex aċċettabli li ssuq wara li tixrob, u li kulħadd għandu jaħseb fil-familjari tiegħu, fih innifsu u f’dawk kollha ta’ madwaru biex jevita l-inċidenti.

TM tħeġġeġ lil kulħadd biex jiddeverti b’mod għaqli u filwaqt li jżomm il-moderazzjoni, jagħżel mezzi ta’ trasport siguri, fosthom it-trasport pubbliku jew is-sistema ta’ carpooling, fejn persuna waħda minn grupp ma tixrobx alkoħol u twassal lil kulħadd.