Lokali
ARA: Il-PM u l-Ispeaker jitkellmu dwar il-kaos tal-bieraħ quddiem il-Parlament

Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima l-fehma li l-kritika għandha dejjem issir bil-kalma u mingħajr provokazzjonijiet.

Huwa kien qed jagħmel referenza għal dak li seħħ ilbieraħ quddiem il-Parlament, fejn żewġ pulizija weġġgħu u karozza ministerjali ġiet ivvandalizzata.

Il-Prim Ministru dalgħodu qal li dawn kienu l-azzjonijiet ta’ ftit nies, li ġabu l-għadab anki ta’ dawk li jaqblu magħhom fuq ir-raġunijiet li għalihom kienu qed jipprotestaw.

Dwar il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri, il-Prim Ministru qal li l-proċessi għadhom għaddejjin, u li se jistenna l-eżitu tal-proċessi sakemm tittieħed deċiżjoni.

Isma’ hawn il-kummenti li Dr Muscat ta lill-midja waqt attività f’Għawdex li matulha ġie inawgurat l-iskola medika ta’ Barts:

Intant fi stqarrija, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia innota b’dispjaċir l-inċidenti “xejn paċifiċi li seħħew lbieraħ ħdejn il-bini tal-Parlament”, fejn membri tal-Kamra ġew imfixkla u insulentati waqt li kienu ħerġin mill-Parlament.

Żied jgħid li għandhom jittieħdu passi fil-konfront ta’ dawk il-persuni li eċċedew il-limitu u kisru l-liġi b’mod manifest, inkluż bi vjolenza u danni volontarji fil-konfront tar-rappreżentanti tal-poplu.

Saħaq “li dan l-aġir xejn responsabbli jista’ jiġi meqjus ukoll bħala li jikkostitwixxi reat kontra l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Għagħa quddiem il-Parlament, ħsarat fil-karozza tal-Ministru Bonnici

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li San Ġużepp hu eżempju tajjeb ħafna ta’ difensur tal-ħajja, anke fil-ġuf, u appella biex l-insara jħarsu lejn il-missjoni tagħhom fid-dinja bl-istess sens ta’ dover,…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li issa l-waqt li l-Prim Ministru juri kemm hu kapaċi jieħu d-deċiżjonijet għal governanza tajba. Staqsa x’se jagħmel bil-Ministru Justyne Caruana wara li ġie…

Politika

Ġimgħa wara l-ħatra tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-ħidma li inbdiet favur governanza tajba u rrefera għal-kumitat li twaqqaf fil-kabinett li se jkun qed…

Politika

L-eks deputat kummissarju tal-Pulizija, Silvio Valletta, qal fi stqarrija li qatt ma kien jaf bl-involviment ta’ Yorgen Fenech fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu qal dan wara li l-gazzetta The…

Aktar