Politika
ARA: Il-PM dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera u l-white paper fuq id-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis

Il-Prim Ministru Robert Abela llum wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fuq suġġetti varji, fosthom dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera u d-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis.

Għall-mistoqsijiet ta’ TVM dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera ta’ qabel l-1995, il-Prim Ministru qal li l-kritika tal-Oppiżizzjoni mhix ġustifikata għax bir-riforma nħoloq bilanċ bejn id-dritt tal-inkwilin li jkollu saqaf fuq rasu u d-dritt tas-sid li jirċievu kumpens ġust.

Dwar il-white paper li tirregola d-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis sa ċertu ammont, il-Prim Ministru qal li l-kabinett approva t-tnedija ta’ din il-white paper, u bħalha Prim Ministru se jkun qed isejjaħ konferenza li fiha jingħataw id-dettalji dwar dak li qed jipproponi l-Gvern f’dan il-qasam.

Il-Prim Ministru wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti l-oħra dwar suġġetti varji, fosthom dwar l-investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Istandards b’rabta ma’ Rosianne Cutajar, u dwar iż-żieda fil-każi tal-Covid-19, fost oħrajn.

Ara hawn il-kummenti kollha li ta l-Prim Ministru: