Lokali
ARA: Il-PM iddispjaċut għall-mod kif dimostranti nħarġu ‘l barra, l-MPA twieġeb

Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima dispjaċir għall-mod kif ilbieraħ dimostranti nħarġu ‘l barra mill-Pulizija waqt laqgħa tal-Awtorità tal-Ippjanar.

F’kummenti lill-ġurnalisti fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Kirkop, il-Prim Minsitru esprima l-fehma li r-reazzjoni tal-pulizija mad-dimostranti li protestaw dwar pompa tal-petrol li ma ġietx approvata kienet goffa.

Żied jgħid li hu se jibqa’ jiddefendi d-dritt ta’ protesta u esprima t-tama li ma jerġax jara xeni simili, filwaqt li qal li meta awtorità jkollha smigħ pubbliku, kemm jista’ dan għandu jsir b’serenità.

Intant, il-Malta Police Association fi stqarrija qalet li mill-filmati mkien ma deher li l-Pulizija kienu użaw forza sproporzjonata, u qalet li l-Pulizija kienu għamlu dmirhom li joħorġu ‘l barra lil persuni li daħlu fil-binja b’mod abbużiv u bl-intenzjoni li jfixklu laqgħa. Qalet li meta d-dimostranti nħarġu barra tħallew ikomplu bil-protesta tagħhhom.

L-MPA sostniet li jekk għandha ssir investigazzjoni fuq dak li seħħ tista’ ssir, iżda kummenti li jsiru qabel ikun magħruf l-eżitu tagħha jistgħu jagħmlu l-ħsara.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-pompa tal-petrol fiż-Żejtun mhux se tinbena – Pulizija jkaxkru attivisti waqt protesta, jirreaġixxi l-PN

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Kruċjali għall-ħajja ta’ kulħadd…u għal Malta hu riżorsa prezzjuż daqs id-deheb! Hawnhekk qed nirreferu għall-ilma. Hu stmat li kull persuna f’Malta tuża mal-110 litri ta’ ilma kuljum. Il-pubbliku jista’ jitgħallem…

Pulizija

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-Korp tal-Pulizija għandu jkollu strateġija ta’ trasformazzjoni. F’intervista estensiva mal-Kap Eżekuttiv tal-Pulizija li tixxandar fil-programm DISSETT wara dan il-bulettin, is-Sur Gafa’ qal li d-direzzjoni tat-tiġdid ser isir…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, akkuża lill-Partit Nazzjonalista li ma ppreżentax biżżejjed kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fi 23 lokalità f’Malta u f’Għawdex bl-għan li jiskoraġixxxi lin-nies milli…

Għawdex

Tnieda l-proġett għall-installazzjoni tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex, bil-gvern iħabbar li l-proġett se jitwettaq minn kumpanija Taljana. Il-cable il-ġdid mistenni jsaħħaħ l-infrastruttura diġitali f’Għawdex u jżid il-potenzjal…

Aktar