Barranin
ARA: Il-PM Jacinda Ardern tirbaħ l-elezzjoni fi New Zealand

F’dak li qed jitqies bħala rekord għall-Partit Laburista fi New Zealand, il-Prim Ministru Jacinda Ardern reġgħet ġiet ikkonfermata fil-kariga wara li rebħet l-elezzjoni b’maġġoranza kbira.

Il-Partit Laburista mmexxi minn Ardern kiseb 49% tal-voti, li fi kliem il-Prim Ministru Ardern, huwa l-ikbar appoġġ li qatt wera l-elettorat fl-aħħar 50 sena.

L-elezzjoni saret fl-isfond tal-Covid-19, u r-restrizzjonijiet stretti imposti mill-Gvern ta’ New Zealand biex iżomm il-marda milli tinxtered. Dan sarraf f’rata ta’ infezzjoni u mwiet fost l-iktar baxxa fid-dinja, iżda kien ukoll sors ta’ kritika minħabba li l-ekonomija ħadet daqqa ta’ ħarta kbira.

L-elezzjoni kienet fil-fatt meqjusa bħala referendum fuq il-pożizzjoni tal-Gvern fir-rigward tal-Covid-19, kif ukoll proposti progressivi li l-Partit Laburista wiegħed li jmexxi ‘l quddiem.

Ara hawn l-ewwel diskors ta’ Ardern wara r-riżultat tal-elezzjoni: