Politika
ARA: Il-PM jemmen li sentejn kienu ftit wisq għan-negozjati ta’ Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament tar-Renju Unit ma japprovax il-ftehim għal ħruġ mill-UE, l-estensjoni għat-22 ta’ Mejju, Ġunju jew data oħra tkun inutli.

F’kummenti lil TVM waqt li qed jattendi s-Summit tal-mexxejja tal-UE fi Brussell, Dr Muscat qal li d-data ġdida għal Brexit hi sekondarja u akkademika, għax sa issa għad ma nafux jekk il-ġimgħa d-dieħla l-House of Commons hux se jitħalla jivvota fuq il-ftehim ta’ ħruġ mill-UE għat-tielet darba u wisq aktar jekk hux se jerġa’ jivvota kontrih jew le kif għamel fiż-żewġ okkażjonijiet preċedenti.

Il-Prim Ministru qal li l-mexxejja tas-27 pajjiż-membru qed jaqblu li jagħtu estensjoni qasira għal Brexit kemm-il darba l-ġimgħa d-dieħla il-Parlament tar-Renju Unit japprova l-ftehim għal ħruġ. Dr Muscat qal li l-UE u Malta qed iħejju għal kull eventwalità fosthom li l-ġimgħa d-dieħla r-Renju Unit joħroġ mill-UE mingħajr ftehim, xi ħaġa li l-Prim Ministru qal li issa qed issir aktar realistika minn qabel.

Il-Prim Ministru qal li aktar milli diżappuntat bil-mod kif żviluppat il-kwistjoni dwar Brexit ma jinsabx sorpriż għax kienet ċara mill-bidu nett kif bassru bosta analisti politiċi.

“Kont qed nara l-kotba tal-istorja, biex ir-Renju Unit ħarġet minn Malta il-ftehim ġie ffirmat f-1972 u damu seba’ snin biex ħarġu minn pajjiżna u ħallsu l-ekwivalenti ta’ €1.5 biljun, biex iddum seba’ snin biex toħroġ minn Malta, naħseb sentejn biex toħroġ mill-UE ftit wisq,” qal il-Prim Ministru.

Ara wkoll:

Il-Prim Ministru u Donald Tusk jiddiskutu Brexit u l-Budget tal-UE 2021-2027

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar