Lokali
ARA: Il-PM jgħid li jekk ma titteħidx azzjoni l-kwistjoni tal-immigrazzjoni ħa tikber

Fi Brussell għada kemm intemmet laqgħa informali msejjħa mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, li għaliha attendew sittax-il mexxej ta’ stati fl-Unjoni Ewropea fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel ħarġet mil-laqgħa tgħid li kulħadd għandu responsabilità x’jerfa. Qed tħares li tindirizza l-isfida bi ftehim fuq livell Ewropew iżda fejn dan mhux possibli, tmur għal negozjati ma’ stati individwali.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li s-sitwazzjoni fil-Mediterran hi prekarja, bin-nies qed iħarsu lejn il-mexxejja li jridu joffru soluzzjonijiet konkreti. Malta ressqet il-proposti tagħha fil-laqgħa.

Il-Prim Ministru għadu kemm ta dawn il-kummenti lil TVM u lil rappreżentanti oħra tal-media internazzjonali fi Brussell:

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Ilbieraħ, f’Sibt il-Għid, il-Bormliżi inawguraw l-Irxoxt wara li sarlu r-restawr. Ma’ TVM ir-restawratriċi Valentina Lupo kienet spjegat li l-istatwa kellha erba’ problemi, fosthom diversi qsim fl-injam. Fir-restawr saru wkoll interventi fuq…

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-għaxra tal-lejla u terġa’ tiġġedded kif meħtieġ.

Saħħa

Mistenni jibda x-xahar id-dieħel ix-xogħol ta’ twaqqiegħ u tħammil għat-tieni dar residenzjali għal persuni bil-marda newroloġika tal-ALS. Il-proġett, f’Ħaż-Żebbuġ, mistenni jiswa sitt miljun Ewro. Ma’ TVM, il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Malta,…

Aktar