Budget2021
ARA: Il-PM jiddeskrivi l-baġit bħala l-aqwa wieħed fl-istorja

L-aqwa baġit fl-istorja ta’ pajjiżna tliet darbiet iktar mill-baġit tas-surplus u bl-akbar spiża fuq għadd ta’ setturi.

Dan kien il-mod kif il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva l-baġit 2021 waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem Kastilja, ftit ħin wara li ġie ppreżentat il-baġit fil-Parlament.

Il-Prim Ministru qabbel il-baġit attwali ma’ baġits li saru minn gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti biex itenni d-differenza bejniethom. Qal li l-baġit huwa mingħajr ebda taxxa ġdida, fi żmien bla preċedent tal-pandemija li għaddejjin minnu.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, li qal b’dan il-baġit il-poplu għada ħa jqum aħjar mil-lum.

Finalment tkellem ukoll il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, li qal li l-ikbar sodisfazzjon tiegħu huwa li l-baġit, bħat-tmienja ta’ qablu, kien magħmul b’mod ekonomiku u mhux finanzjarju biss.