Politika
ARA: Il-PM jitkellem dwar il-Covid-19, l-inkjesti pubbliċi u jekk hux se ssir reshuffle

Il-Prim Ministru Robert Abela llum tkellem dwar il-Covid-19, l-inkjesti pubbliċi u jekk hux se jsir reshuffle meta kien qed iwieġeb lill-ġurnalisti waqt l-inawgurazzjoni tal-mini ta’ Santa Luċija.

Dwar il-Covid-19 il-Prim Ministru qal li ċ-ċifri dwar kemm huma effettivi l-maskri huwa inkoraġġanti, u li l-Gvern qed jimxi fuq il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.

Fir-rigward tal-inkejsta pubblika, Dr Abela qal li inkjesta pubblika ssir b’imħallfin irtirati, u tkun qed tibgħat messaġġ li l-istituzzjonijiet mhumiex qed jaħdmu. Żied li kien għalhekk li l-Gvern saħħaħ l-istituzzjonijiet, u huwa għandu fiduċja fihom.

Mistoqsi fuq ir-reshuffle, qal li din hija prerogattiva tal-Prim Ministru u huwa se jeżerċita skont l-aqwa interessi tal-pajjiż.

Ara wkoll:

Diskussa mozzjoni biex jinħatar bord ta’ inkjesta dwar il-proġett tal-Electrogas