Lokali
ARA: Il-PM jwieġeb lill-ġurnalisti dwar 17 Black u l-liġi tal-IVF

Fi tmiem l-inawgurazzjoni għall-faċilità l-ġdida ġewwa l-kumpanija De La Rue, il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie mistoqsi għall-diversi drabi mill-ġurnalisti dwar il-ġrajjiet kurrenti fil-pajjiż.

Dwar il-kwistjoni ta’ Jason Micallef u l-kummenti li għamel fuq Daphne Caruana Galizia, il-PM ġie mistoqsi jekk hux se jitlob ir-riżenja tiegħu.  Il-PM qal li ma jaqbilx mal-konklużjonijiet u jemmen li t-ton irid jikkalma u jiżdied ir-rispett filwaqt li tinżamm il-libertà tal-espressjoni.

Mistoqsi dwar l-istqarrija li ħareġ iċ-Chief of Staff Keith Schembri li l-kumpanija sigrieta 17 Balck ġiet maħluqa għall-finijiet tan-negozju tiegħu, il-PM qal li fid-diskussjonijiet kollha li qed isiru, ladarba hemm investigazzjoni mitluba kemm minnu stess u mill-PN, ikun irresponsabbli jippreġudika b’xi statement u għalhekk iħalli f’idejn il-preġudikatura biex tagħmel xogħolha. Huwa qal li trid tintrefa’ responsabbiltà minn kulħadd anke jekk xi statements tal-PN jinsabu qarrieqa.

Meta mistoqsi jekk l-allegazzjonijiet dwar il-Panama Papers fil-konfront tiegħu u ta’ martu hux se jibqgħu jippersegwitawh matul din il-leġiżlazzjoni, huwa qal li jibqa’ jħares ‘il quddiem li dak li ntqal fil-konfront tiegħu u ta’ martu hija gidba faħxija l-għaliex s’issa ma nstabet l-ebda evidenza jew nofs prova kontrihom . Huwa qal li jibqa’ jħares ‘il quddiem biex dan il-fatt ikun magħruf ma’ kulħadd.

Mistoqsi jekk Nexia BT żelqitx fin-niexef jew jekk il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri gidbux rigward il-kumpaniji Macbridge u 17 Black li qalu li nħolqu għall-finijiet tagħhom ta’ ‘family planning’ u n-negozju rispettivament, il-PM qal li importanti għalih il-fatt jibqa’ li dwaru u dwar familtu jiġu ċċarati l-fatti. Huwa reġa’ tenna li jkun qed jippreġudika l-investigazzjonijiet kollha jekk hu jikkummenta f’dan l-istadju.

Dwar mistoqsija fit-tibdil tal-liġi tal-embrijuni fejn, il-ġurnalist qal lill-PM li l-manifest elettorali qarraq bin-nies għaliex qatt ma semma’ xejn dwar l-iffriżar tal-embrijuni, il-PM qal li kien hemm miktub ċar u tond li l-liġi tal-IVF se tiġi mmodernizzata. Huwa qal li din tfisser li l-prinċipju eżistenti tal-2012 dwar l-iffriżar tagħti aktar fakultà biex l-ispeċjalisti jużawh. Huwa tenna jgħid li l-Gvern qed jaħdem biex il-liġi Maltija tiġi streamlined mal-liġi internazzjonali.

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar