COVID-19
ARA: Il-PM jżur il-ħaddiema f’Mater Dei u jirringrazzjahom

Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela għamel żjara għall-għarrieda fl-isptar Mater Dei, fejn iltaqa’ ma’ wħud mill-ħaddiema.

Il-Prim Ministru żar diversi taqsimiet tal-isptar fejn qal li rringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol importanti li qed iwettqu. “Apprezzajt id-dedikazzjoni li qed juru,” qal Dr Abela.

Żied li f’din iż-żjara wassal il-messaġġ li se jkompli jassigura lill-poplu li l-prijorità ewlenija tiegħu u tal-Gvern se tibqa’ dik li tiġi salvagwardjata saħħet in-nies.