Lokali
Ara: Il-PM Robert Abela jasal fi Brussell għas-summit tal-mexxejja Ewropej

Il-Prim Ministru Robert Abela wasal fi Brussell għas-summit tal-mexxejja Ewropej għall-ħabta tas-1pm.

Illum beda Kunsill Ewropew li qed jiltaqa’ f’Europa Building fi Brussell u li se jġib fi tmiemha l-Presidenza Portugiża.

Fuq nett tal-aġenda, il-Covid-19, l-irkupru ekonomiku mill-pandemija u l-immigrazzjoni. Se jissoktaw it-taħditiet, b’mod speċjali, dwar ir-relazzjonijiet tal-blokk Ewropew mat-Turkija u mar-Russja.