
F’Sala San Pawl fid-Dar tal-Providenza għaddejjin fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet għall-produzzjoni teatrali li ser tittella’ fi żmien il-Milied fl-Istitut Kattoliku bis-sehem ta’ wħud mir-residenti, il-ħaddiema u atturi stabbiliti.
Din hija parti mill-isforzi tad-Dar tal-Providenza, bil-għan li tkompli tintegra lill-persuni b’diżabilità fis-soċejtà, mhux biss fi djar fil-komunità, iżda wkoll b’xogħlijiet teatrali bħall-‘Presepju tan-Nannu’, li se jittella’ fl-Istitut Kattoliku.
Television Malta segwa l-provi u nnota l-entużjamu ta’ dawn il-persuni għax qed jaraw il-ħiliet tagħhom u jagħmlu attività differenti.
Il-kordinatur tad-drama fid-Dar tal-Providenza, David Muscat qal li t-tħejjijiet bdew minn Awwissu u dan l-eżerċizzju huwa ħidma oħra għall-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità
“Għenithom ħafna għax bid-drama qed tibni l-karattru tiegħek mill-ġdid, u tgħin lilna aħseb u ara persuni b’diżabilità – jiltaqgħu man-nies u jagħmluha man-nies – dik għalihom biżżejjed biex ittihom iktar dinjità.”
Fil-Presepju tan-Nannu ser jieħdu sehem atturi stabbiliti fosthom Joe Borg li ddeskriva l-esperjenza bħala unika. “Dawn huma anġli għax inti tiġi bil-ħsieb li ser ittihom l-għajnuna tiegħek u ser issib li qed tieħu int. L-isforz tagħhom ma ssibux fi play normali għax jippruvaw more than their utmost biex il-parti jagħmluha tajba.”
Il-produzzjoni ser tittella’ fl-aħħar jum ta’ Novembru u fl-ewwel jum ta’ Diċembru u d-dħul minnu ser imur b’risq id-Dar tal-Providenza.
Il-lunetta ta’ San Franġisk li hija parti mill-fortikazzjonijiet tal-Furjana li jħarsu lejn il-Port il-Kbir treġġgħet lura għall-istat oriġinali tagħha wara xogħol estensiv mid-direttorat tar-restawr fi ħdan il-ministeru tal-ġustizzja. Il-fortifikazzjonijiet jagħmlu…
Lejlet laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, l-Għaqda Repubblika f’ittra lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, talbietu biex ma jħallix lill-Prim Ministru Joseph Muscat jattendi dan is-summit. Qalet li s-sehem tiegħu fil-Kunsill…
Aktar minn 800 tunnellatta ta’ skart tal-kostruzzjoni nġabar minn żewġ żoni tal-Park tal-Majjistral. F’ħidma mill-Era ġiet imnaddfa ż-żona tal-Prajjiet li hi viċin l-Anchor Bay u ż-żona tax-Xagħra l-Ħamra li hi…
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet Ordni ta’ Konservazzjoni u Avviż ta’ Protezzjoni fil-Mensija, limiti ta’ San Ġwann li tinkludi s-sit ta’ applikazzjoni għall-iżvilupp propost bin-numru PA / 04214/19. Din…