Solidarjetà
Ara: Il-President Emeritu tisħaq fuq l-importanza tal-qari fit-tfal

F’dawn l-aħħar jiem tnediet it-tielet edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali fl-iskejjel primarji madwar il-gżejjer Maltin.

Liema inizjattiva, qed tiġi organizzata mill-Malta Trust Foundation u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, u qed ssir bil-għan li tħajjar lit-tfal jaqraw aktar.

Mistiedna waqt ‘TVAM’, iċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation, Marie-Louise Coleiro Preca, ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li f’pajjiżna għandna għadd ta’ tfal li qegħdin jieqfu mill-iskola kmieni.

Il-President Emeritu spjegat li din il-ġerħa għandna qabelxejn niġġildulha billi ndarru lit-tfal iħobbu l-qari, u ngħarrfuhom bl-għadd ta’ benefiċċji li jġib miegħu l-ktieb.

Fost l-oħrajn, il-President Emeritu qalet li l-qari jimmotivak, jiftaħlek bosta bibien, u huwa stimolu għall-moħħ u għall-iżvilupp ta’ dak li jkun.

Lil hinn minn dan, il-Qaritona Nazzjonali tiġi organizzata wkoll bil-għan li tinġabar xi ħaġa tal-flus għal dawk it-tfal li huma fil-bżonn. Fl-ewwel żewġ edizzjonijiet inġabru 250,000 ewro.

Aħbarijiet Oħra
Artiklu bi ħlas

Apparti l-għajnuna ewlenija tal-Covid Wage Supplement, il-Malta Enterprise qed toffri għadd ta’ miżuri oħra ta’ għajnuna bil-għan li tagħti daqqa t’id lin-negozji u lill-impjegati kawża taż-żmien partikolari li lkoll ninsabu…

Ilbieraħ filgħaxija, Fr Charles Tabone wassal sessjoni oħra t’eżerċizzi, bil-għan li l-eluf ta’ reliġjużi li ta’ kull sena f’dawn il-jiem joħonqu l-għadd ta’ knejjes madwar il-gżejjer Maltin, minkejja l-imxija tal-Covid-19,…

Kurżitajiet

Għadd ta’ korijiet f’Malta u Għawdex qed isibu mezz kif ikomplu bit-taħriġ, u anki jirrekordjaw siltiet ġodda – kollox b’mod virtwali. Fost dawn hemm il-kor tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa, li f’dawn…

Barranin

Shenzhen saret l-ewwel belt fiċ-Ċina li qed tipprojbixxi l-bejgħ tal-klieb u l-qtates biex jittieklu. Id-deċiżjoni qed ikun irrappurtat li ttieħdet wara li l-bidu tal-coronavirus ġie assoċjat mal-konsum ta’ annimali selvaġġi….

Aktar