Barranin
ARA: Il-President ta’ Franza l-ewwel kap ta’ stat li żar il-Libanu wara l-isplużjoni

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta u 5,000 oħra feruti.

Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, huwa l-ewwel kap ta’ stat li żar il-Libanu – eks kolonja Franċiża – wara t-traġedja, fejn iltaqa’ maċ-ċittadini affettwati mill-isplużjoni. Sema’ appelli minn ċittadini Lebaniżi dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni dwar il-korruzzjoni u t-tkarkir tas-saqajn fil-pajjiż. Macron qal li hemm bżonn bidla politka. Il-folol fit-toroq bdew jgħajtu li jridu revoluzzjoni.

Macron iltaqa’ wkoll mal-mexxejja Lebaniżi. Qal li Franza se tkun qed tgħin lil Libanu jerġa’ jsib saqajh, filwaqt li appella lill-President Lebaniż Michel Aoun biex jagħmel ir-riformi meħtieġa, speċjalment biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni.

Bil-pajjiż diġà kien jinsab fi kriżi ekonomika, numru ta’ pajjiżi fosthom il-Ġordan, l-Eġittu u r-Renju Unit qegħdin jibgħatu provvisti tal-ikel u mediċini. Anke Malta, permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, se tagħti lil-Libanu €50,000 mill-budget għall-għajnuna għall-iżvilupp.

Il-Gvern Lebaniż arresta numru ta’ uffiċjali li kienu jaħdmu fil-post fejn seħħet l-isplużjoni. L-investigazzjoni qiegħda tiffoka fuq it-traskuraġni fil-ħażna ta’ materjal splussiv.

Intant fin-naħa ta’ fuq ta’ Sydney fl-Awstralja, għadd ta’ ċittadini appellaw lil kumpanija biex iċċaqlaq ħażna ta’ nitrat tal-ammonju li tinsab viċin ir-residenzi u hija erba’ darbiet akbar minn dik li splodiet fil-Libanu. Il-kumpanija qalet li l-ħażna hija sigura għax tosserva r-regoli kollha għas-sigurtà.

Ara wkoll:

ARA: Splużjoni kbira fil-Libanu – mijiet maqbuda fit-tifrik ta’ darhom

Aħbarijiet Oħra

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox…

Minn tal-inqas terz mill-270 balena li telgħu max-xatt f’Tasmania mietu u hemm il-biża’ li se jmutu aktar. Bijoloġisti marittimi qed jaħdmu qatigħ u jagħmlu milli jistgħu sabiex isalvaw il-baleni. Sa…

Min-nhar il-Ħamis li ġej fl-Ingilterra, il-pubs, barijiet, ristoranti u stabbilimenti turistiċi se jkollhom jagħlqu fl-għaxra ta’ filgħaxija minħabba l-bżonn li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bil-liġi kull settur tal-ospitalità jrid iservi…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar