COVID-19
ARA: Il-Prim Ministru jżur ċentru tas-swabbing u jiltaqa’ mal-ħaddiema

Fi żjara għall-għarrieda fiċ-ċentru tas-swabbing f’Ħal Luqa, il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta għandha rata għolja ħafna ta’ ttestjar, li hija 3 darbiet iktar mill-medja Ewropea u 22 darba aktar mir-rakkomandazzjonijiet tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.

Filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li qed jaħdmu matul dan iż-żmien tal-pandemija, il-Prim Ministru qal li ried jaċċerta ruħu mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Fl-aħħar jiem, l-awtoritajiet tas-saħħa komplew iżidu r-rata ta’ testijiet ta’ swabs għall-Covid, tant li se jinfetħu żewġ ċentri ġodda f’Ħal Qormi u Burmarrad, minbarra l-erba’ l-oħra li hawn f’Ħal Luqa, Pembroke, l-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Aħbarijiet Oħra

Heritage Malta ħabbret li se tkun qed tiftaħ għadd ta’ siti mix-xahar li ġej. Fi stqarrija l-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit, qal li l-aġenzija qed toħroġ b’inizzjattivi varji…

Raġel Franċiż ta’ 23 sena li joqgħod is-Swieqi weġġa’ serjament wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu waqa’ f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Santu Wistin għall-ħabta tal-4.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Aktar